Illum morna Dar Bjorn f’Ħal Qormi biex nagħtu donazzjoni sabiħa ta’ Eur 3,400 lil ALS Malta. Din id-donazzjoni nġabret matul l-attivita’ ta’ Ġrajjitna li saret fl-iskola tagħna ftit tal-ġimgħat ilu. Magħna ma stajniex ma nieħdux lill-protagonisti ta’ din l-attivita’ u b’hekk ħadna lill-istudenti li kienu atturi fil-passjoni ta’ Ġesu’. Nixtieq nirringrazzja lill-istudenti, lill-membri tal-istaff, lill-ġenituri li għenu, kif ukoll lil kull min ġie waqt din l-attivita’ biex din id-donazzjoni setgħet tinġabar għal dan il-għan nobbli. GRAZZI LIL KULĦADD!
Today, we went to Dar Bjorn in Qormi to donate EUR 3,400 to ALS Malta. This donation was collected at our school a few weeks ago during the Ġrajjitna event. We were accompanied by the students who acted out the passion of the Christ. I would like to thank all students, staff members, and parents/guardians who helped out during the event, as well as everyone who came out to support this worthy cause. THANK YOU TO EVERYONE!