Certificate of Adoption 2025

Smajtha din? Il-Kunsill tal-Istudenti tagħna jadotta annimali midruba!

Mid-dħul ta’ flus miġbura waqt il-ġimgħa ta’ għarfien dwar l-annimali, il-Kunsill tal-Istudenti rnexxielu jaddotta tliet annimali midruba li bħalissa qed jirkupraw taħt il-kura ta’ Nature Trust – FEE Malta: żewġ fkieren u qanfud.

🐢 Polly Ċensa – l-akbar fekruna fiċ-ċentru ta’ rijabilitazzjoni, ilha tingħata l-kura għal tliet snin, wara li belgħet ganċ tas-sajd. Issa tinsab f’kundizzjoni tajba u hemm tama li tinħeles lura fil-baħar dan is-sajf.

🐢 Evie nstabet f’Awwissu li għadda tgħum fuq wiċċ l-ilma. Kellha infezzjoni interna li kkawżat akkumulazzjoni ta’ arja fil-ġisem tagħha. Grazzi għat-trattament, Evie reġgħet bdiet togħdos u hemm ċans kbir li tinħeles dalwaqt.

🦔 Gaia, qanfuda żgħira, qed tingħata kura minħabba infezzjoni gravi tal-ġilda. Għalkemm mistennija titlef ix-xewk kollu qabel tibda tfiq, il-kura tagħha miexja sewwa u hemm tama kbira li tirkupra għal kollox.

Grazzi għall-appoġġ tal-Kunsill tal-Istudenti 2024–2025, dawn l-annimali qed jingħataw it-tieni ċans li jistħoqqilhom!👏💪 Grazzi speċjali lill-Assistenta Kap is-Sa A Tanti tal-impenn tagħha mal-Kunsill tal-Istudenti tul din is-sena skolastika!🌹

Student Council adopts injured wildlife

As part of Animal Awareness Week, the Student Council donated funds to adopt three injured animals currently being cared for by Nature Trust – Malta: two turtles and a hedgehog.

🐢 Polly Ċensa – the largest turtle at the rehab centre – has been recovering for 3 years after swallowing a fishing hook. She is now doing well and may be released this summer.

🐢 Evie was found floating last August due to an internal infection. Treatment has helped her regain the ability to dive and she is likely to be released soon.

🦔 Gaia, a young hedgehog, is undergoing treatment for a serious skin infection. Though she may lose all her quills before healing, her recovery is progressing well.

Thanks to the support of the 2024–2025 Student Council, these animals are getting the second chance they deserve!👏💪 A thank you goes to our Deputy Head, Ms A Tanti, for her continuous support to our Student Council 2024-2025!🌹

Aġenzija ŻgħażagħSecond Chance