Aħna tal-Iskola Medja u Sekondarja taż-Żejtun, fi ħdan il-Kulleġġ San Tumas More, ħriġna bl-inizzjattiva li niċċelebraw il-kulturi differenti li l-iskola tħaddan. Din l-attività bl-isem ‘Around the Globe’ ser tkun qed tittella’ bejn it-13 u l-15 ta’ Marzu matul il-ġranet tal-iskola u l-Ġimgħa 15 ta’ Marzu, ser tkun miftuħa wkoll għall-pubbliku filgħaxija.
L-għanijiet ta’ din l-attività huma diversi:
- Informazzjoni fuq kulturi differenti;
- L-istudenti jaħdmu flimkien fuq aspetti differenti li tħaddan il-kultura;
- Il-ġenituri ta’ studenti minn kulturi diversi ser ikunu qed jipparteċipaw b’mod attiv sabiex dan l-avveniment jiġi organizzat;
- Atmosfera sabiħa ta’ ċelebrazzjoni fejn fiha ħa ngawdu minn attivitajiet, kant, ikel u żfin minn pajjiżi differenti;
- Opportunità biex l-istudenti tagħna jaqsmu ma’ mistiedna speċjali l-esperjenzi relatati ma’ bosta kulturi, u
- Esebizzjonijiet u workshops, kemm għall-istudenti, kif ukoll għall-pubbliku ġenerali.
Aktar dettalji se jingħataw fil-ġimgħat li ġejjin. Għalissa żommu l-Ġimgħa 15 ta’ Marzu vojta ħalli narawkom l-iskola tagħna.
At Żejtun Middle and Secondary School, we came up with the initiative to celebrate the different cultures that the school embraces. This activity called ‘Around the Globe’ will be organised between 13 and 15 March during the school days and Friday 15 March, it will also be open to public in the evening.
The objectives of this activity are several:
- Information on different cultures;
- Students work together on different aspects of culture;
- The parents of students from different cultures will be actively participating in order to organize this event;
- A beautiful atmosphere of celebration where we can enjoy activities, singing, food and dancing from different countries;
- An opportunity for our students to share with special guests the experiences related to many cultures, and
- Exhibitions and workshops, both for students and the general public.
More details will be given in the coming weeks. For now keep Friday March 15 free so we can see you at our school.