Grupp ta’ studenti telqu minn Malta dalgħodu għall-vjaġġ edukattiv u ta’ avventura, maqsum fuq ħamest ijiem f’Osmington Bay f’Dorset, fin-nofsinhar tal-Ingilterra, waqt il-vaganzi tal-Għid. Se nżommukom aġġornati dwar l-avventuri tagħhom!
A group of students left Malta this morning for a five-day educational and adventure trip to Osmington Bay in Dorset, South England, during the Easter holidays. We’ll keep you updated on their adventures!
Day 1
Bidu mill-aqwa għall-avventura tagħna… nesploraw il-madwar u attivitajiet ta’ filgħaxija, inklużi attivitajiet ta’ kick baseball u basketball shooting. Nistennew bil-ħerqa l-attivitajiet ta’ għada, inkluż il-‘giant swing’, ‘trapeze’, ‘rifle shooting’ u l-‘campfire’.
Great start to our adventure… exploring around and evening activities, including kick baseball and basketball shooting activities. Looking forward to tomorrow’s activities, including the giant swing; trapeze; rifle shooting and campfire.
Day 2
Mill-ħiliet ta’ sopravivenza sal-qabża waqt l-attività ta’ ‘Trapese’ li twassal għall-isparar bl-ixkubetta, l-istudenti tagħna qed jieħdu ħafna gost jesploraw opportunitajiet u avventuri ġodda.
From survival skills to the leap of faith during the Trapese activity leading on to the giant swing and rifle shooting, our students are having a great time exploring new opportunities and adventures.
Day 3
Minn ‘silent disco’ bil-lejl għall-attivitajiet fil-beraħ bi nhar. Illum, l-istudenti tagħna esperjenzaw aeroball (basketball tat-trampolin); abseiling, u kienu qishom Vikingi meta bdew iwaddbu l-mannara. Proset lil dawn l-istudenti!
From silent disco by night to outdoor activities by day. Today, our students experienced climbing; aeroball (trampoline basketball); abseiling, and took up a Vikings act in axe throwing. Well done to all!
Day 4
Minn attakk sorpriża bil-lejl għal attività sensorjali filgħodu. L-istudenti kellhom għajnejhom mgħottija u kellhom jikkomunikaw flimkien b’mod effettiv biex jgħaddu l-ostakli. Wara, imxew mixja biex jieħdu ġelat u lagħbu logħob fuq il-bajja. Wara nofsinhar, kellhom ħin liberu f’ċentru kummerċjali.
From ambush by night to a sensory activity in the morning. Student had their eyesight covered and had to communicate effectively together to get past obstacles. Afterwards, they hiked to grab an ice cream and played beach games down by the shore. In the afternoon, they spoiled themselves at a nearby shopping mall.
Day 5
Għaddejna l-aħħar lejl tagħna ħdejn in-nar, inkaljaw il-marshmallows u nkantaw kanzunetti, waqt li nħabbtu wiċċna max-xita qawwija waqt l-aħħar żewġ attivitajiet tagħna, li kienu jinkludu ż-żipline u s-sellum ta’ Jacob. Il-vjaġġ tagħna wasal fi tmiemu, iżda l-memorji tagħna jibqgħu jgħixu. Grazzi tmur lil Lawrence Ransley (Adventure Menu Malta) talli organizza l-vjaġġ, u grazzi lil PGL għall-opportunitajiet u l-avventuri mill-isbaħ li kellna.
We spent our last night by the fire, roasting marshmallows and singing songs, while facing the pouring rain during our final two activities, which included the zip line and Jacob’s ladder. Our journey has come to an end, but our memories will live on. Thanks goes to Lawrence Ransley (Adventure Menu Malta) for organizing the trip, and thanks to PGL for the wonderful opportunities and adventures.