Din is-sena, il-‘PASCH Theaterfestival’ ser jerġa jsir f’Berlin u għalhekk is-Sibt li ġej, ħames studenti mill-10 Sena tal-iskola tagħna, Cressida Azzopardi, Cleavon Borg, Shelley Callus, Leah Camilleri u Jack Muscat ser jerħulha lejn Berlin!
Illum għamlu l-aħħar prova ta’ reċta qasira li se jkunu qegħdin jagħmlu f’teatru ġewwa l-belt kapitali Ġermaniża. Il-ġenituri ta’ dawn il-ħames studenti, kif ukoll l-istudenti kollha li jitgħallmu l-Ġermaniż fl-iskola tagħna, attendew bi ħġarhom fis-sala tal-iskola tagħna biex jaraw din ir-reċta li ġġib l-isem ta’
‘Hans und die Bohnenranke oder Wer wagt, gewinnt’.
(‘Ġakki u s-Siġra tal-Fażola jew ‘Min jissogra, jirbaħ!’)
Grazzi u prosit kbira lill-istudenti tagħna li mill-bidu nett urew impenn u dedikazzjoni. Nawguralhom minn qalbna għal din l-avventura! Grazzi wkoll lid-dipartiment tal-Ġermaniż ġewwa l-iskola tagħna! Awguri lit-tim tagħna kollu għal din l-avventura mill-isbaħ!
PASCH – Schulen: Partner der Zukunft
Prosit u awguri lill-istudenti tagħna Cressida Azzopardi, Cleavon Borg, Shelley Callus, Leah Camilleri u Jack Muscat li għadhom kif irrappreżentaw lill-iskola tagħna kif ukoll lil pajjiżna fil-´PASCH Theaterfestival’ ġewwa Berlin.
Dan kien il-ħames ‘Theaterfestival’ li l-iskola tagħna ħadet sehem fih. L-istudenti għamlu preżentazzjonijiet diversi, kif ukoll reċta li kitbu huma stess, flimkien mal-għalliema tal-Ġermaniż. Il-parteċipanti tal-pajjiżi l-oħra, kif ukoll l-organizzaturi, faħħru ħafna lill-istudenti tagħna u anke sostnew kemm-il darba li l-prestazzjonijiet ta’ Malta kienu l-aqwa fost il-pajjiżi kollha. Bla dubju li spikkaw ix-xenarju, il-mużika, il-professjonalità tal-istudenti tagħna fuq il-palk, kif ukoll il-mod kif inkitbet l-iscript. Kburin ħafna bikom!
L-istudenti kellhom ukoll diversi attivitajiet madwar il-belt kapitali tal-Ġermanja, kif ukoll workshops ibbażati fuq ħiliet artistiċi u teatrali.
Grazzi lid-Dipartiment tal-Ġermaniż fi ħdan l-iskola tagħna tad-dedikazzjoni u l-ħidma kontinwa f´diversi attivitajiet u proġetti.