Nhar il-Ġimgħa l-1 ta’ Marzu, l-istudenti tal-Klassijiet 8 Coral, Diamond u Garnet irħewlha lejn il-Kalkara sabiex iżuru l- @esploramalta bħala parti mill-istudju tagħhom tal-Ġeografija. Tul din iż-żjara, l-istudenti setgħu jaraw u jifhmu aħjar xi jkun qiegħed jiġri waqt żbroff ta’ vulkan. Ġabru informazzjoni dwar kif jista’ jinbena bini li jiflaħ għat-terramoti u kellhom iċ-ċans jaraw tromba tar-riħ. Tgħallmu wkoll kif jintuża r-riħ u l-importanza tiegħu fl-ibburdjar, fost ħafna affarijiet oħra. Ma jistax jonqos li waqt din iż-żjara l-istudenti żaru l-planetarju u tgħallmu iżjed dwar l-ispazju u t-teknoloġija. Kienet ġurnata speċjali għaliex kellhom iċ-ċans ikunu astronawti fejn ippruvaw jiġbru oġġetti b’idejn robotiċi, jgħixu ġewwa spaceship u jiskopru l-importanza tal-astrobotanika. Grazzi speċjali lis-Sa A Calleja Jones li organizzat din l-attività u qasmet magħna dawn ir-ritratti u informazzjoni.
On Friday 1s of March our Year 8 Coral, Diamond and Garnet students left school to Kalkara for an educational visit to Esplora as part of their Geographystudy. Here stu-dents were able to see and understand how and what happens when a volcano erupts, how to build earthquake resistant buildings, seeing a life tornado and how winds are used and why they are important for sailing and much more. Adding to this, they also visited the planetarium to learn about space and technology. They were also astronauts for the day where they had to try to collect objects with robotic hands, try to live in a spaceship and about astrobotany and its importance. A special thanks goes to Ms A Calleja Jones for organising this excursion and for sharing these pictures and information.