Nhar il-Ħamis 18 ta’ Jannar, il-Kunsill tal-Istudenti tagħna attenda għal taħriġ organizzat minn Aġenzija Żgħażagħ għall-iskejjel ta’ Malta. Tul dan il-jum mimli taħriġ, l-istudenti kellhom iċ-ċans jiltaqgħu u jaħdmu ma’ diversi studenti minn skejjel differenti. Kellhom ukoll l-opportunità jiddiskutu u jiżviluppaw idea marbuta ma’ attività fl-iskola. Hawn l-istudenti użaw is-‘6 hat model’ biex jesploraw u jużaw fil-prattika dak li tgħallmu fl-ispjega. Żgur li dan it-taħriġ kien ta’ benefiċċju għall-kunsill tagħna għaliex minn hawn ħarġu b’ħafna ideatu enerġija. Grazzi lis-Sa L Desira li qasmet magħna din l-informazzjoni.
Our Student Council members attended a training session organised by Aġenzija Żgħażagħ on Thursday, January 18th. Throughout the day’s activities, our students collaborated and interacted with students from various Maltese schools. In addition, they were given the chance to deliberate and generate ideas for a scholastic activity that implemented the ‘six hat model’ that they had acquired knowledge of throughout the sessions. This training was extremely advantageous for our students, as they emerged from this day brimming with fresh ideas and energy. A special thanks goes to Ms L Desira who shared this information with us.