Teen Outside The Box

Nhar it-Tlieta 5 u nhar l-Erbgħa 6 ta’ Frar, l-istudenti kollha tat-8 Sena kellhom l-opportunità jipparteċipaw f’laqgħat bl-isem ‘Teen Outside The Box’, organizzati minn Sedqa Malta. Dawn il-laqgħat li huma siewja immens għall-formazzjoni ta’ dawn iż-żgħażagħ, jiftħu fuq temi diversi bħal personalità unika ta’ kull individwu, vizzji u influwenzi ħżiena fil-madwar. Grazzi speċjali tmur għas-Sa Daniela Buġeja li ħadet ħsieb l-organizzazzjoni ta’ dawn il-laqgħat u li flimkien mas-Sa Dorianne Galea🌺 u s-Sa Sheryl Spiteri mill-aġenzija Sedqa għamlet dawn il-laqgħat possibbli. Prosit tassew!👏

All the Year 8 students went to the ‘Teen Outside the Box’ talks put on by Sedqa Malta on Tuesday, 5th and Wednesday, 6th of February. These talks talk about many important issues for students, like how each person’s personality is different and how to deal with addictions and other bad influences in life. Many thanks🌺to Ms Daniela Bugeja for setting up these talks and making them possible with the help of Ms Dorianne Galea and Ms Sheryl Spiteri from Sedqa. Well done!👏

Sedqa Malta