Għeżież Studenti u Ġenituri! Bħalissa fost l-istudenti tagħna tas-7, tat-8 u tad-9 Sena għaddejja l-elezzjoni online tal-Kunsill tal-Istudenti 2023/24. L-istudenti jistgħu jivvutaw darba biss u jagħżlu l-iżjed żewġ kandidati ppreferuti tagħhom. Sabiex jivvutaw l-istudenti jridu jidħlu fuq it-Teams tas-sena tagħhom, jidħlu fil-link u wara li jagħmlu l-għażla tagħhom, jagħfsu submit. L-istudenti jistgħu jivvutaw sa mhux aktar tard minn nofsillejl ta’ nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Novembru. L-elezzjoni fost l-istudenti tal-10 Sena mhux ser issir minħabba li kien hemm żewġ studenti biss li ħarġu bħala kandidati u għaldaqstant ġew maħtura awtomatikament. Dettalji dwar l-elezzjoni fost l-istudenti tal-11-il Sena ser joħorġu fil-jiem li ġejjin. Li tivvota hu dritt tiegħek biex issemma leħnek u l-opinjoni tiegħek!
Dear Students and Parents! The online Student Council Election for our Year 7, 8 and 9 students is now on. Students can vote once and tick their most favourite two candidates. To cast their votes, students have to access their year group Teams, click the link and after choosing the candidates, press submit. Students can vote till next Friday 10th November at midnight. There is going to be no election for the Year 10 students because there were only two candidates. Thus they were automatically chosen. Details about the Year 11 Student Council election will be out soon. Voting is your right to speak out and share your opinion!