Issa li l-attivita’ Ġrajjitna b’risq ALS Malta ġiet fi tmiemha, żgur u mhux forsi, huwa d-dover tiegħi bħala l-kap tal-iskola li ngħaddi dawn ir-ringrazzjamenti. Attivita’ bħal din tirrikjedi ħafna xogħol ta’ preparazzjoni u għajnuna kbira minn kulħadd. M’hemmx ħinijiet, filgħodu, wara nofsinhar, filgħaxija jew bil-lejl. It-temp fixkilna ftit pero’ ma qtajniex qalbna u b’din il-motivazzjoni u l-perseveranza ta’ kulħadd, irnexxielna biex din l-attivita’ tkun suċċess. Nixtieq nibda billi nirringrazzja lill-istudenti għax huma kienu l-protagonisti tagħna, l-atturi, il-bandisti, il-gwidi u l-istudenti li għenu wara l-bankarelli jew li pprovdu xi għajnuniet oħra. Nixtieq inkompli nirringrazzja lill-membri tal-istaff li kienu l-imħuħ u l-organizatturi, lit-tim kollu li għen b’xi mod jew ieħor, m’hemmx ħdud jew festi, anki lill-familjari u lill-ħbieb tagħhom. Il-ġenituri / kustodji ħaqqhom kull tifħir ukoll għax dejjem insibukom tgħinuna, min mod u min ieħor u intom tagħmlulna l-kuraġġ biex nidħlu għal dawn l-attivitajiet tant impenjattivi. Fl-aħħar u mhux l-inqas, nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li ġew iżuru l-attivita’ tagħna għax mingħajrkom ma konniex niġbru d-donazzjoni li se ngħaddu lil Bjorn u lil ALS Malta wara dawn il-vaganzi tal-Għid. Nagħtukom aktar dettalji malli nidħlu lura l-iskola. Kemm jien iffurtunat li għandi lilkom, kburi bikom kollha u GRAZZI lil kulħadd!
Now that the Ġrajjitna activity in aid of ALS Malta has come to an end, it is my responsibility as the head of the school to pass on these thanks. An activity like this necessitates a lot of planning and cooperation from everyone. There are no mornings, afternoons, evenings, or nights. The weather hindered us slightly, but we did not give up, and with everyone’s motivation and perseverance, we were able to complete this activity successfully. I would like to begin by thanking the students because they were our protagonists, as well as the actors, band members, guides, and students who assisted behind the stalls or in any other way. I would like to continue thanking the staff members, the organisers, the whole team who helped in one way or another, there are no weekends or public holidays, even their families and friends. The parents/guardians deserve all of the credit as well because we always find you assisting us in some way and giving us the courage to participate in these very demanding activities. Last but not least, I would like to thank everyone who came out to support us because without you, we would not have been able to collect the donation that we will be passing on to Bjorn and ALS Malta after the Easter holidays. We will provide you with additional information as soon as we return to school. How fortunate I am to have you; I am proud of you all, and THANK YOU to everyone!