Ħarġa tal-Istorja: Ħaġar Qim u l-Imnajdra

Il-ħarġa li kellhom din il-ġimgħa l-istudenti tal-11-il Sena tagħna, organizzata mill-għalliem tal-Istorja s-Sur D Bezzina, daret kollha kemm hi mal-Istorja. Illum, fil-preżent tagħna, hu dmirna li napprezzaw is-siti storiċi li nsibu fuq gżiritna, bħal Ħaġar Qim u l-Imnajdra. L-istudenti tagħna kellhom ukoll iċ-ċans iżuru l-mużew: post mimli riżorsi u tagħlim b’mod attiv. Sabiħ li l-preżent tagħna jiltaqa’ mal-passat ta’ dawk ta’ qabilna ħalli b’hekk iħarsu ‘l quddiem lejn futur kreattiv u interessanti! 🔍📝