Spanish Language Activities

Hola! 🇪🇸 Grupp ta’ studenti tat-8 Sena li jitgħallmu l-Ispanjol gawdew minn ġurnata attività divertenti u interattiva bl-isem “Un Día de Español”: tassew jum mimli daqs bajda b’diversi attivitajiet lingwistiċi interessanti. Is-sessjoni bdiet b’logħba vivaċi ta’ bingo, segwita minn sfida tal-vokabularju fejn l-istudenti kellhom jiktbu kemm jista’ jkun kliem relatat ma’ tema partikolari, bħall-postijiet. Wara, ħadu sehem f’board game, qabblu l-opposti u ċċekkjaw l-għarfien tagħhom dwar il-kultura Spanjola permezz ta’ Plickers. Fl-aħħar nett, l-istudenti poġġew moħħhom hemm għax kellhom jikkupjaw kliem bl-Ispanjol minn ġewwa flixkun tal-plastik u hawn l-iżbalji ma kinux permessi!

Nirringrazzjaw b’mod speċjali lis-Sa Analise Camilleri, għalliema tal-Ispanjol, li akkumpanjat lill-istudenti tagħna matul din il-ġurnata mill-isbaħ: ġurnata li għaqqdet it-tagħlim, ix-xogħol f’tim u d-divertiment, filwaqt li għenet lill-istudenti jibnu aktar kunfidenza fil-lingwa. Buenas tardes!🇪🇸

Hola! 🇪🇸 A group of Year 8 students learning Spanish enjoyed a fun and interactive “Un Día de Español”, filled with a variety of engaging language activities. The session kicked off with a lively bingo game, followed by a vocabulary challenge where students listed as many words as possible related to a given theme, such as places. They then took part in a board game, matched opposites, and tested their knowledge of Spanish culture using Plickers. To wrap up, students completed a focused task where they carefully copied Spanish words from in-side a plastic bottle: accuracy was key, as no mistakes were allowed!

Special thanks to Ms Analise Camilleri, Spanish teacher, who accompanied our students throughout this fantastic day, which combined learning, teamwork, and fun while helping them build confidence in the language. Buenas tardes! 🇪🇸

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *