Bonġu lil kulħadd! Nhar it-28 u d-29 ta’ April 2026, l-istudenti tagħna tal-Business Studies fil-Year 9 ħadu sehem fi diversi żjarat edukattivi f’istituzzjonijiet finanzjarji u regolatorji importanti f’Malta.
Fit-28 ta’ April, l-istudenti żaru l-Bank Ċentrali ta’ Malta, fejn tgħallmu dwar ir-rwol tiegħu fiż-żamma tal-istabbiltà finanzjarja u kif jidentifikaw flus foloz permezz ta’ attivitajiet prattiċi. Tul iż-żjara fil-Borża ta’ Malta, l-istudenti kisbu għarfien dwar kif taħdem il-borża u kif jinterpretaw data finanzjarja f’ħin reali.
Fid-29 ta’ April, l-istudenti rħewlha lejn Malta Business Registry li jinsab fiż-Żejtun. Il-preżentazzjoni mid-Deputy Registrar spjega l-proċess tat-twaqqif ta’ kumpanija, segwita minn dawra gwidata u quiz qasir.
Dawn iż-żjarat kienu interessanti u utli ħafna għaliex għenu lill-istudenti biex jgħaqqdu t-tagħlim tal-klassi ma’ sitwazzjonijiet reali… ta’ veru. Nirringrazzjaw b’mod speċjali lis-Sa Caroline Sammut, għalliema tal-Business Studies, talli għamlet dawn l-opportunitajiet possibbli.![]()
![]()
Good morning! On the 28th and 29th April 2026, our Year 9 Business Studies students participated in educational visits to key financial and regulatory institutions in Malta.
On 28th April, students visited the Central Bank of Malta, where they learned about its role in maintaining financial stability and identifying counterfeit currency through hands-on activities. They also visited the Malta Stock Exchange, gaining insight into how the stock market operates and how to interpret live financial data.
On 29th April, students visited the Malta Business Registry in Żejtun. A talk by the Deputy Registrar explained the process of setting up a company, followed by a guided tour and a short quiz.
These visits were engaging and valuable, helping students connect classroom learning with real-world applications. A special thanks goes to Ms Caroline Sammut, Business Studies teacher, for making all these opportunities possible.![]()
![]()








