Ejjew nagħmlu dik id-differenza flimkien! ![]()
Għal darb’oħra, l-iskola tagħna hi kburija li qed tikkollabora mal- HSBC biex nappoġġjaw irġiel u nisa fil-bżonn, din id-darba permezz ta’ donazzjonijiet ta’ oġġetti ta’ iġjene personali u kura.
Inħeġġu lill-istudenti kollha biex jissapportjaw din il-kawża ġusta billi jġibu oġġetti ġodda u f’kundizzjoni tajba, li jistgħu verament jagħmlu differenza fil-ħajja ta’ ħaddieħor.
Kaxxi għall-ġbir jinsabu fil-blocks kollha (għandkom issibu kaxxa tal-plastik fil-foyer). Id-donazzjonijiet ser jinġabru bejn nhar il-Ħamis 23 ta’ April sal-Erbgħa 29 ta’ April. Kull donazzjoni, anke jekk żgħira, żgur li ser tagħmel differenza.
Ejjew mela ningħaqdu flimkien bħala komunità skolastika u nuru s-solidarjetà tagħna!
GRAZZI bil-quddiem!![]()
Let’s make a difference together! ![]()
Our school is proud to once again collaborate with HSBC in supporting men and women in need. This time through the donation of personal hygiene and care items.
We kindly ask all students to contribute by bringing new items in good condition, which can make a real difference in someone’s daily life.
Collection boxes are available in the respective blocks (a plastic box is also placed in the foyer). Donations will be collected from Thursday 23rd until Wednesday 29th April. Every small contribution counts.
Let’s come together as a school community and show our care and support!
We thank you in advance!![]()

