Prayer Spaces 2026

“Kemm ħadt gost fis-skiet, nirrifletti fuq l-imħabba ta’ Ġesù għalija! Il-ħin għadda malajr… Prosit u grazzi lil kull min ta l-għajnuna tiegħu biex għamiltu ambjent sabiħ għalina!”

Dan kien kumment ta’ student dwar l-iSpazji ta’ Talb li ttellgħu ġewwa l-iskola tagħna, bejn it-Tnejn, 9 u l-Ġimgħa, 13 ta’ Marzu 2026 għall-istudenti tas-Seba’ Sena.

Is-sala tal-iskola nbidlet f’ambjent ta’ talb, b’dawl ikkontrollat, b’mużika rilassanti fl-isfont u bix-xemgħat.

L-istudenti niżlu fis-sala bħala klassi fil-lezzjoni tagħhom tar-reliġjon. Fr Bernard Micallef (id-Direttur Spiritwali tal-Iskola tagħna) għamel introduzzjoni qasira u wara l-istudenti setgħu jirriflettu fuq 8 riflessjonijiet qosra marbuta ma’ oġġetti marbuta mal-passjoni, il-mewt u l-qawmien ta’ Ġesù, u, kif dawn, jistgħu jgħinuna biex ngħixu ħajja tajba.

Grazzi lil dawk kollha li taw is-sehem tagħhom sabiex l-istudenti tas-Seba’ Sena setgħu jesperjenzaw l-imħabba ta’ Ġesù fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum.

“I really loved the quiet time, reflecting on Jesus’ love for me! Time passed so quickly… Huge thanks to everyone who helped create such a beautiful space for us!”

This was just one of the heartfelt reactions from our 7th Year students who took part in the Prayer Spaces at our school from Monday, 9 March to Friday, 13 March 2026.

For that week, the school hall was transformed into a serene environment for prayer and reflection, with soft lighting, calming music, and glowing candles creating the perfect atmosphere.

During their religion lessons, students visited the hall as a class. Fr. Bernard Micallef, our Spiritual Director, gave a short introduction, and students explored eight meaningful reflections inspired by objects representing Jesus’ Passion, death, and resurrection – discovering how these moments can guide them in living a good and meaningful life.

A huge thank you to everyone who helped make this possible, giving our students the chance to experience Jesus’ love in a personal and memorable way.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *