X’ġurnata memorabbli dik!![]()
![]()
![]()
Minkejja li t-tbassir tat-temp kien imgerfex, il-Kunsill tal-Istudenti kien determinat li jagħmel din l-imbierka Egg Hunt għall-istudenti tas-7 Sena b’suċċess. Bi Pjan A, Pjan B u anke Pjan Ċ għal li jista’ jinqala’, xejn u ħadd ma kien ser iwaqqaf dan il-gost kollu!
Il-ġurnata bdiet b’temp sabiħ. Il-bajd beda dlonk jinħeba b’attenzjoni kbira fiż-żoni ħodor tagħna, tqassmu l-qfief lil kull tim u kull membru tal-Kunsill wettaq rwol importanti. U mbagħad… bdiet il-kaċċa! L-istudenti fittxew kullimkien b’entużjażmu, jidħku, jikkompetu u jgawdu kull mument flim-kien. Bis-saħħa ta’ din il-parteċipazzjoni qawwija rnexxielna niġbru fondi għal kawża tajba u dan għamel il-ġurnata aktar speċjali. Meta l-eċitament kien fl-aqwa tiegħu, dlonk imbagħad waslet ix-xita! Iżda lanqas dan ma waqqaf l-enerġija u l-entużjażmu. Kull tim irnexxielu jiġbor il-bajd u ntgħażel it-tim rebbieħ.
Prosit lil kull min kien involut għax kienet tassew esperjenza mimlija gost u pjaċir. Żgur li kienet ġurnata li ser nibqgħu niftakru!![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
What a day to remember!![]()
![]()
![]()
Despite an uncertain weather forecast, our Student Council was determined to make the very first Year 7 Egg Hunt a success. With not just one plan, but a Plan B and even a Plan C ready, nothing was going to stop the fun!
As it turned out, the morning surprised us with beautiful weather. The eggs were carefully hidden around the green area, baskets were handed out, and every Student Council member took on an important role. Then… the hunt began!
Students eagerly searched high and low, laughing, competing and enjoying every moment together. The fantastic turnout also meant that we raised money for a great cause, making the day even more meaningful. Just as the excitement reached its peak, the rain finally made its appearance! But not even that could stop the energy and enthusiasm. Every team managed to collect eggs and a winning team was crowned.
A huge well done to everyone involved: it was truly an egg-citing success and a day to remember!



