Accounts for you

Nhar it-Tlieta 10 ta’ Marzu, l-istudenti tal-Accounting tal-10 Sena ġew mistiedna mill- Malta Institute of Accountants biex jattendu attività relatata mas-suġġett li saret f’Xara Lodge. Flimkien ma’ studenti minn skejjel oħra, l-istudenti tagħna pparteċipaw f’ħames logħbiet interattiv differenti mfassla biex jippromwovu l-għarfien finanzjarju u fehim prattiku tal-kunċetti tal-Accounts (Kontabilità). Din l-attività saħħet it-tagħlim tal-istudenti b’mod in-teressanti u prattiku, fejn kellhom l-opportunità japplikaw l-għarfien tagħhom permezz ta’ ħidma f’tim, soluzzjoni ta’ problemi u sitwazzjonijiet finanzjarji relatati mal-ħajja reali.

Grazzi speċjali tmur lis-Sur Christian Mercieca, għalliem tal-Accounting, talli organizza din l-opportunità għall-istudenti tagħna.👏

On Tuesday 10th of March, our Year 10 Accounting students were invited by the Malta Institute of Accountants to attend a financial activity at Xara Lodge. Together with students from other schools, our students participated in five different interactive games designed to promote financial awareness and practical understanding of accounting concepts. The activity enhanced the students’ learning in an engaging and hands-on way, allowing them to apply their knowledge through teamwork, problem-solving and real-life financial scenarios.

A special thanks goes to Mr Christian Mercieca, Accounting teacher, for organising this opportunity for our students.👏

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *