Nhar l-Erbgħa 11 ta’ Marzu, waqt l-assembly tal-Year 10s, tajna merħba fostna lil Fr Martin mid-Dar Tal-Providenza Siggiewi. L-għan għal din il-mawra tiegħu fostna kienet marbuta mal-attività li organizzat l-iskola f’Diċembru bl-isem Qalb il-Milied. Minn qalbna, l-iskola tagħna lbieraħ għaddiet is-somma sabiħa ferm ta’ €4,500 li nġabret tul l-attività mifruxa fuq tlitt ijiem. Grazzi speċjali tmur lill-membri tal-istaff kollha li kienu involuti fl-organizzazzjoni tal-attività u anke lill-istudenti li kellhom sehem attiv. L-aħħar grazzi tmur lil kull min attenda din l-attività u ta kontribut biex tintlaħaq din is-somma sabiħa biex ngħinu lid-Dar tal-Providenza tkompli tagħti dan is-servizz tad-deheb fil-komunità Maltija.![]()
On Wednesday 11th March, during the Year 10 assembly, we had the pleasure of welcoming Fr Martin from Dar tal-Providenza to our school. His visit was linked to the “Qalb il-Milied” activity organised last December. With great pride, our school presented the remarkable sum of €4,500, which was raised during this three-day initiative. A heartfelt thank you goes to all the members of staff who dedicated their time and effort to organise the event, as well as to the students who participated so actively and enthusiastically. Our sincere appreciation also goes to everyone who attended and contributed, helping us reach this wonderful total. Together, we are proud to support Dar tal-Providenza in continuing its invaluable work and service within the Maltese community.![]()


