Dawn huma mumenti sbieħ li l-istudenti kollha tat-tieni sena kellhom l-opportunita’ li jgawdu ġewwa l-oratorju tas-Salesjani f’tas-Sliema. Fr. Kenneth Micallef flimkien ma’ numru ta’ żgħażagħ mexxew lill-istudenti tagħna f’ħames stazzjonijiet. F’kull stazzjon kellhom tema differenti li riedu jirriflettu dwarha permezz ta’ xi logħba jew attivita’ oħra. Gawdew ħin ta’ waqfa billi lagħbu bil-blalen fil-bitħa tal-oratorju, u logħob ieħor ġewwa. Spiċċajna dan in-nofs ta’ nhar flimkien billi l-istudenti nqasmu f’żewġ gruppi. Grupp ta’ studenti ħa sehem fiċ-Ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija; filwaqt li, grupp ieħor ħa sehem f’attivita’ minn numru ta’ għalliema tal-Etika. Grazzi kbira lis-Sa. R. Mifsud, id-Deputat Kap tat-tieni sena, lil Fr. Bernard Micallef, id-Direttur Spiritwali tal-iskola, u lill-għalliema kollha tar-Reliġjon u l-Etika tal-organiżżazzjoni ta’ dan il-jum li kien ta’ suċċess ieħor għall-istudenti tagħna. Grazzi lis-Sur Ennio Desira talli għaqqad dan il-filmat.
These are wonderful moments that our second year students had the opportunity to experience at the Salesian oratory in Sliema. Fr Kenneth Micallef and his team of youths led our students into five different stations. Each station consisted of a different theme on which students had to reflect through a game or another activity. They enjoyed their break time by playing football in the ground of the oratory or billiard and table soccer inside. This time together, was concluded by the Celebration of the Eucharist. During Mass, another group of students werthe students were divided into two groups. One group took part in the Celebration of the Eucharist; whereas, the other group were offered an activity by a group of Ethics teachers. A big thanks goes to Ms. R. Mifsud, the Deputy Head for year 8, Fr. Bernard Micallef, the school Spiritual Director, and all Religion and Ethics teachers for the organisation of another successful day for our students. Thank you Mr Ennio Desira for producing this video clip.
