Fis-skiet u fil-ħemda, imdawwar bis-sbuħija tan-natura, il-bniedem isib lilu nnifsu!
B’dawn l-ingredjenti tant rari fil-ħajja mgħaġla ta’ kuljum, l-istudenti tal-Ħdax-il Sena attendew Seminars ta’ Spiritwalità ġewwa l-Kunvent tal-Patrijiet Kapuċċini, fil-Kalkara.
Is-seminars saru nhar it-Tlieta, 21, l-Erbgħa, 22 u l-Ġimgħa, 24 ta’ Ottubru 2025.
Bdejna b’introduzzjoni u dawra qasira mal-kunvent minn Br Ryan Dalli OFM Cap. Wara nġbarna fis-sala fejn, fost l-oħrajn, smajna l-esperjenza ta’ Tarcisio Agius, li għamel żmien fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u kif fil-ħabs reġa’ skopra l-imħabba bla kundizzjoni li Alla għandu għalih (u għalina).
Wara brejk fl-għelieqi tal-kunvent, għamilna ħin riflessjoni fi gruppi żgħar. Fl-aħħar Fr Mark Scicluna OFM Cap anima ftit ħin quddiem Ġesù Sagramentat.
Issa nħallu f’idejn l-Imgħallem li kapaċi jaħdem il-bizzilla mill-kobob imħabbla tagħna!






































In silence and stillness, surrounded by the beauty of nature, one finds oneself!
With these rare ingredients in today’s fast-paced life, the Year 11 students attended Spirituality Seminars at the Capuchin Friary in Kalkara.
The seminars were held on Tuesday 21st, Wednesday 22nd, and Friday 24th October 2025.
We began with an introduction and a short tour of the friary led by Br. Ryan Dalli OFM Cap. Afterwards, we gathered in the hall where, among other things, we listened to the powerful testimony of Tarcisio Agius, who spent time at the Corradino Correctional Facility and shared how, during his time in prison, he rediscovered God’s unconditional love for him (and for all of us).
After a short break in the friary’s fields, we had some time for reflection in small groups. To conclude, Fr. Mark Scicluna OFM Cap led a moment of adoration before the Blessed Sacrament.
Now we leave everything in the hands of the Master, who alone can weave beautiful lace out of our tangled threads!
