Nhar it-Tlieta, 15 ta’ April, grupp ta’ studenti tad-9 Sena żaru ċ-ċentru tal-MCAST f’Ħal Qormi għall-esperjenza edukattiva li kienet iffukata fuq karrieri fl-oqsma tal-Veterinarja, l-Akwatika u l-Ortikultura. Il-ġurnata bdiet b’laqgħa ta’ merħba u b’taħdita interessanti dwar il-korsijiet offruti u l-opportunitajiet ta’ karrieri relatati. Wara, l-istudenti gawdew minn tour iggwidat madwar l-kampus, fejn raw studenti tal-post jaħdmu mal-annimali. Nistgħu ngħidu li din iż-żjara kienet mhux biss waħda informattiva ħafna iżda wkoll pjaċevoli immens! Grazzi speċjali tmur lill-Guidance Team tagħna għall-organizzazzjoni, u lis-Sa C Xerri, lis-Sur G Agius, lis-Sa M Portelli u lis-Sa J Spiteri li akkumpanjaw il-grupp.![]()
MCAST Centre of Agriculture, Aquatics & Animal Sciences
On the 15th of April, a group of Year 9 students visited MCAST in Qormi for an enriching experience focused on Veterinary, Aquatic, and Horticulture careers. The visit began with a warm welcome and an insightful talk about the courses offered and the career paths they open up. The students were then given a guided tour of the campus, where they observed current students working with animals. The visit was not only highly informative but also incredibly enjoyable! We truly thank our Guidance Team for organising this and Ms C Xerri, Mr G Agius, Ms M Portelli and Ms J Spiteri for accompanying the group.![]()




