Geography Club 2025

Our Geography Club in action during the midday breaks. A big thank you goes to the students and to the organising teachers. Well done!

The Orange Scrub Project

Il-proġett Orange Scrub 🍊 ġie żviluppat bil-għan li jqajjem kuxjenza fost l-istudenti dwar l-importanza tar-riċiklaġġ u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.🌍

Il-prodotti agrikoli, bħall-frott u l-ħxejjex, jeħtieġu ammont sinifikanti ta’ riżorsi biex jikbru, inkluż ammonti kbar ta’ ilma, li hu riżorsa skarsa f’Malta. Barra minn hekk, il-produzzjoni u t-trasport tagħhom jeħtieġu enerġija u fjuwil, li jikkontribwixxu għall-ħsara ambjentali. Il-magni li jintużaw fl-agrikoltura, kif ukoll is-sistemi tat-trasport involuti, kollha jużaw il-fjuwil u jikkaġunaw bosta tniġġis. Barra minn hekk, meta l-iskart tal-ikel jispiċċa fil-miżbliet u jibda jitħassar, jipproduċi l-metanu, li hu gass serra qawwi li jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għat-tibdil fil-klima.

Dan il-proġett ġab flimkien studenti minn diversi snin fl-iskola stess li huma membri fil-Klabb tal-Ġeografija, fejn ġew imħeġġa jaħdmu flimkien u joħolqu kuxjenza dwar l-użu tar-riżorsi u r-riċiklaġġ ma’ soluzzjonijiet prattiċi u realistiċi bil-għan li jitnaqqas l-impatt fuq l-ambjent.

Nixtiequ nirringrazzjaw lis-Sa Analise Calleja Jones talli qed tippromwovi fost l-istudenti tagħna tant imħabba u rispett lejn l-ambjent tagħna.💚

Let’s Talk Farming Programme

The Orange Scrub 🍊 project was developed with the aim of raising students’ awareness about the importance of recycling and the fight against climate change.🌍

Agricultural products such as fruit and vegetables require significant resources to grow, including large amounts of water, a particularly scarce resource in Malta. In addition, their production and transportation demand energy and fuel, contributing to environmental degradation. Machinery used in farming, as well as the transport systems involved, all consume fuel and emit pollutants. Furthermore, when food waste ends up in landfills and begins to rot, it produces methane: a potent greenhouse gas that significantly contributes to climate change.

This project brought together students from various Year Groups who are part of the Geography Club, encouraging collaboration and linking awareness about resource consumption and recycling to practical, real-world solutions aimed at reducing environmental impact. We would like to thank Ms Analise Calleja Jones for nurturing in our students such love and respect for our environment.💚