Year 9 Art Option Outing

Nhar is-17 ta’ Frar, l-istudenti tad-9 Sena tal-Art Option🎨 gawdew minn esperjenza artistika u unika meta żaru xi wħud mill-aktar siti kulturali ikonċi f’Malta. L-ewwel waqfa tagħhom kienet il-MUŻA, il-Mużew Nazzjonali tal-Arti, fejn kellhom iċ-ċans jammiraw kollezzjonijiet varji u esploraw l-esebizzjoni temporanja ddedikata lix-xogħlijiet tal-iskultur rinomat Malti Edward Pirotta. L-esperjenza kompliet fil-Katidral majestuż ta’ San Ġwann, fejn l-istudenti kellhom l-opportunità unika li jistudjaw mill-qrib il-kapulavur ta’ Caravaggio. Permezz tal-multimedia installations ‘Face to Face with Caravaggio’, l-istudenti setgħu jaraw aktar mill-qrib lejn id-dettalji drammatiċi, it-teknika u l-intensità emozzjonali ta’ dan il-kapulavur Barokk.

Din iż-żjara kienet tassew esperjenza edukattiva u ta’ ispirazzjoni, li tat lill-istudenti tagħna l-opportunità li jagħmlu kuntatt dirett mal-istorja tal-arti, l-iskultura u l-pittura b’mod prattiku u interattiv. Grazzi speċjali tmur lill-għalliema tal-Arti tagħna: lis-Sa Edera Bellizzi u lis-Sa Julia Gauci li ħadu ħsieb jorganizzaw din il-mawra.👏

On Monday, 17th February, the Year 9 Art option 🎨 students embarked on an enriching artistic journey, exploring some of Malta’s most iconic cultural landmarks. Their first stop was at MUŻA, Malta’s National Museum of Art, where they admired various collections and explored the temporary exhibition dedicated to renowned Maltese sculptor Edward Pirotta. The experience continued at the magnificent St. John’s Co-Cathedral, where students had the unique opportunity to study Caravaggio’s masterpiece up close. Through the immersive ‘Face to Face with Caravaggio’ multimedia installations, our students were able to delve deeper into the dramatic details, techniques and emotional intensity of this Baroque masterpiece.

This visit was an inspiring and insightful experience, allowing students to engage with art history, sculpture and painting in a hands-on and interactive way. A special thanks goes to our Art teachers: Ms Edera Bellizzi and Ms Julia Gauci, who organised this memorable outing.👏

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *