Flimkien mas-Sur Igino Calleja, għalliem tal-Fiżika fl-iskola tagħna, l-istudenti tal-11-il Sena, kellhom l-opportunità jżuru l-Power Station f’Delimara, fejn setgħu jaraw mill-qrib kif jiġi ġġenerat u mqassam l-elettriku. L-istudenti tagħna esploraw aspetti ewlenin dwar il-produzzjoni u l-effiċjenza tal-enerġija, mit-turbini tal-gass sal-kmamar tal-kontroll. Żgur li kienet esperjenza fejn setgħu jgħaqqdu l-kunċetti tal-klassi ma’ sitwazzjoni reali u raw l-elettriku fl-azzjoni! Grazzi speċjali tmur għas-Sur Calleja li qasam magħna dawn il-waqtiet miż-żjarat li saru.
Under the guidance of our Physics teacher Mr Igino Calleja, our Year 11 Physics students had a sterling opportunity to visit the Delimara Power Station, gaining first-hand insights into how electricity is generated and distributed. From gas turbines to control rooms, students explored key aspects of energy production and efficiency, linking classroom concepts to real-world applications; exploring energy in action! A special thanks to Mr Calleja for sharing these moments with us.