L-attività tagħna Bir-Rota għall-Iskola kienet frott il-ħidma flimkien bejn il-Kunsill Lokali taż-Żejtun, l-iskola tagħna u l-iskejjel Primarji taż-Żejtun. Xi wħud mill-membri tal-istaff tagħna ltaqgħu mal-istudenti fi tliet żoni differenti fiż-Żejtun u rħejnielha flimkien qadfa qadfa lejn il-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun. Hemmhekk, Fr Bernard bierek lill-istudenti, ir-roti u l-iscooters tagħhom. Wara, komplejna d-dawra tagħna lejn Dar Nazareth, fejn sellimna lir-residenti u qsamna magħhom xi ħlewwiet. Fl-aħħar, qdifna lura lejn l-iskola biex nibdew il-ġurnata tagħna. Ringrazzjament speċjali lil kull min li pparteċipa u għamel din l-attività suċċess!
Our Bir-Rota għall-Iskola event was a fantastic collaboration between the Żejtun Local Council, our school, and Żejtun Primary schools. Some of our dedicated staff members met students at three different points and we cycled together to Żejtun Parish Church. There, Fr. Bernard blessed the students, bicycles, and scooters. Afterwards, we continued our ride to Dar Nazareth, where we greeted the residents and shared some buns with them. Finally, we cycled back to the school to start our day.
A heartfelt thank you to everyone who participated and made this event a success!