Infakkru Pink October Movember Malta 2024 billi nitgħallmu dwaru waqt il-lezzjonijiet tal-PSCD. Fl-aħħar tal-lezzjoni, l-istudenti ħolqu bookmarks b’messaġġi ta’ sapport ħalli jkomplu jħeġġu l-għarfien fost il-komunità tal-iskola tagħna. Grazzi lill-għalliema tal-PSCD, is-Sa Rebecca Pace, li qasmet dan magħna!
Commemorating Pink October Movember Malta 2024 by learning about it during PSCD Lessons and ending the lesson with the creation of a bookmark to show their support and bring more awareness about it. Thanks Ms. Rebecca Pace, PSCD teacher, for sharing!
Din il-ġimgħa, f’St Thomas More College Middle & Secondary School, Zejtun iċċelebrajna Pink October u Movember biex inqajmu kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider, il-kanċer tat-testikoli u tal-prostata, is-saħħa mentali, u l-prevenzjoni tas-suwiċidju. Il-lezzjonijiet tal-PSCD itrattaw dawn is-suġġetti biex jgħallmu lill-istudenti kif jiċċekkjaw lilhom infushom u biex ifittxu l-għajnuna meta jkollhom bżonn.
Ġew ippreparati wkoll gallettini forma ta’ ċfuf u mustaċċi mill-għalliema u nbiegħu lill-istudenti u lill-membri tal-istaff. Id-donazzjonijiet kollha se jingħaqdu mal-flus miġbura matul il-Maratona tal-Barbiera li ser issir nhar il-Ħadd 24 ta’ Novembru fl-iskola tagħna. Nistiednuk tingħaqad magħna biex tgħinna ngħinu lill-oħrajn u ningħaqdu flimkien għal din il-kawża tajba.
Il-donazzjonijiet se jingħataw lil Karl Vella Foundation – KVF, li tipprovdi appoġġ psikoterapewtiku lill-familji li qed jiffaċċjaw mard jew telfa ta’ membri familjari.
At St Thomas More College Middle & Secondary School, we celebrated Pink October and Movember this week to raise awareness on breast cancer, testicular and prostate cancer, mental health and suicide prevention. Our PSCD lessons revolved around these subjects to equip the students with self-checking skills and to empower them in seeking help when needed.
Ribbons and moustache cookies were prepared by teachers and sold to students and staff members. All the donations will be joined with the money raised during the Barbering Marathon which will be held on Sunday 24th November at our school. We invite you to join us so that you can help us help others and come together for a good cause.
The money will be donated to Karl Vella Foundation – KVF, who provide psychotherapeutic support to families dealing with illness or loss.