Illum studenti minn snin differenti attendew għal sessjoni mas-Sur Dominic Garcia minn RISe (Rehabilitation in Society Malta) fejn ġew diskussi bosta fatturi li jduru mal-ħajja tal-ħabs u għalfejn persuna jista’ jiskonta sentenza ta’ ħabs. Ġew diskussi wkoll l-importanza tar-rispett, il-kumpanija tal-ħbieb, u d-differenza bejn pjaċir u kuntentizza. Kienet sessjoni interessanti ħafna fejn l-istudenti setgħu jiddiskutu, jistaqsu mistoqsijiet u jitgħallmu ħiliet u valuri biex ikunu jistgħu jaffaċċjaw sfidi li jistgħu jiltaqgħu magħhom fid-dinja tal-lum. Grazzi għal KTI ghal din l-opportunità.
Various students from different year groups attended a session with Mr. Dominic Garcia from RISe (Rehabilitation in Society Malta) where various factors which revolve around life in prison and why someone might end up in prison were discussed. The importance of respect, good company of friends, and the difference between pleasure and happiness were also discussed. It was a very interesting session where the students had the opportunity to discuss, ask questions and learn skills and values to help them overcome difficulties that they might experience in today’s world. Thank you KTI for this opportunity.
Ms. Rachel Ann Zammit
KTI and PSCD Teacher