KTI School Garden

Dak li tiżra’ taħsad! L-istudenti tal-KTI din is-sena ħadmu qatigħ sabiex jieħdu ħsieb biċċiet mil-ġonna tal-iskola u kabbru bosta ħxejjex, bħal ful, ħass, kaboċċi, pastard, ġidra, piżelli, qarabagħli, tadam u karrotti. Sar ukoll proġett sabiex jinqata’ iż-żebbuġ mis-siġar tal-iskola u jsir żejt, kif ukoll xi larinġ li ġie magħsur għall-istess studenti. Dan sar b’dedikazzjoni u ħidma kontinwa matul din is-sena mill-istudenti tal-10 sena tal-KTI li wassal mhux biss għal ħaxix organiku u bnin imma għal edukazzjoni u apprezzament lejn in-natura ta’ madwarna.

You reap what you sow! The KTI students worked hard throughout the year to take care of the school garden and planted various vegetables including beans, lettuce, cabbage, cauliflower, turnip, peas, marrows, tomatoes and carrots. Projects to harvest olives to press it into oil and harvesting oranges were also done. This was only possible with dedication and continuous work throughout the whole year from the Year 10 KTI students which resulted not only in organic and healthy vegetables but to foster more environmental education and appreciation towards nature.

KTI Department